DUMNIKANI BELTIN
Would you like to react to this message? Create an account in a few clicks or log in to continue.

285 Sena Mid-Digriet ta Parrocca Matrici!!!

Go down

285 Sena Mid-Digriet ta Parrocca Matrici!!! Empty 285 Sena Mid-Digriet ta Parrocca Matrici!!!

Post by Admin Fri Jul 04, 2008 10:34 pm

l-VERITA TAL-MATRICI


Dumnikani Beltin Forum Index -> Dumnikani Beltin
View previous topic :: View next topic
Author Message
cityval
Site Admin


Joined: 17 Jul 2006
Posts: 146
:


Items Posted: 16 Oct 2007 04:33 pm Post subject: Il-VERITA TAL-MATRICI

Ghal min qed jipprova jibdel il-fatti, qed ingib hawn taht silta mil-istorja tal-Parrocca Matrici taghna:



ID-DUMNIKANI FIL-BELT VALLETTA


(Noti mehudin mill-ktieb ta’ P. Mikiel Fsadni OP Id-Dumnikani fil-Belt 1569-1619, Veritas Press 1971)



Wara l-Assedju l-Kbir tas-sena 1565, il-Gran Mastru fra Giovanni La Vallette, bla telf ta’ zmien, haseb biex jibni belt-fortizza ghall-harsien ta’ Malta minn xi hbit iehor tat-torok. Fit-28 t’ Marzu 1566, tqeghdet l-ewwel gebla. Ghal sentejn shah eluf ta’ haddiema, maltin u barranin, hadmu bla mistrieh fil-bini tas-swar. Il-Gran Mastru fra Pietro del Monte ried, imbaghad, li jinbeda wkoll il-bini tad-djar; ghalhekk, fit-3 ta’ Frar 1569, waqqaf kummissjoni biex, flimkien mal-ajjutant tieghu u l-kaptan Francesco Laparelli, tfassal u tqassam l-art ta’ gewwa l-Belt Gdida ghall-bini tad-djar.



Il-patrijiet dumnikani tal-kunvent tal-Lunzjata, il-Birgu, basru bit-tidbil li kien sejjer jinholoq malli l-Ordni ta’ San Gwann jitlaq mill-Birgu u jmur lejn il-Belt il-Gdida. Huma ma qisux biss li l-kunvent taghhom fil-Birgu kien sejjer jitlef l-importanza li kellu, imma, wisq aktar li jifirxu hidmiethom fost eluf ta’ haddiema li kienu jahdmu, sahansitra fil-festi kmandati, biex ifittxu jlestu s-swar. Ghalhekk, P. Damjan Taliana, pirjol tal-Lunzjata u Vigarju Provinjcali ghall-kunventi dumnikani f’Malta, bl-approvazzjoni tal-patrijiet tal-kunvent tieghu, talab post fil-Belt Gdida biex hemm jibni u jwaqqaf kunvent.



Il-Gran Mastru Del Monte laqa’ t-talba ta’ P. Taliana, u ta b’xejn lid-dumnikani kwartier shih immarkat numru 8 fil-pjanta tal-Belt. Dan il-post kien sewwa sew fejn illum hemm il-kunvent u l-knisja tal-Portu Salvu, u bosta djar maghqudin maghhom. P.Taliana beda, bil-mod il-mod, idawwar bil-hitan il-kwartier imsemmi u jibnih mill-ahjar li seta’. Barra minn hekk, l-istess patri, imqanqal mill-htiega li kellhom l-ghadd kbir ta’ nies li kienu jahdmu fil-Belt, bena wkoll knisja zghira fil-post li kiseb; hu, bhala pirjol, beda jibghat mill-kunvent tieghu tal-Lunzjata, l-Birgu, daqqa patri u daqqa iehor, halli jqaddsulhom. Hekk kellu bidu t-twaqqif tad-dar u tal-knisja zghira, jew kappella, li l-patrijiet dumnikani tal-Birgu bnew fil-Belt Valletta. Dan sehh fis-sena 1569.



Il-patrijiet dumnikani tal-Lunzjata ma damux wisq gejjin u sejrin halli jqaddsu fil-knisja zghira li bnew. Hu wisq probabbli li qabel zmien sena mindu kisbu l-art, kienu diga marru jghammru hemm. Wahda mill-kundizzjonijioet fl-ghoti ta’ l-art ghall-bini f’din il-Belt kienet li, l-post ried jinbena fi zmien sena taht piena li s-sid jitlef l-art u kull ma jkun ghamel fiha. Certament qabel id-9 ta’ Marzu 1571, diga kien hemm komunita’ ta’ patrijiet. F’din id-data, infatti, Giacomo Bonnici, mill-Birgu, halla legat ta’ quddies lill-patrijiet tal-Lunzjata, il-Birgu, bil-kundizzjoni li, jekk dawn ma jaccettawhx, jinghata lll-patrijiet dumnikani tal-Belt!



Il-Kappella tad-dumnikani fil-Belt kienet iffrekwentata mhux biss mill-haddiema fil-bini tal-istess Belt u mill-familji li mill-Birgu marru jghammru hemm, izda wkoll minn bosta bahhara. Ghalhekk, f’qasir zmien, il-patrijiet raw il-htiega li, minflok il-kappella, jibnu knisja xierqa; huma ddecidew li din il-knisja tkun dedikata lil S. Marija tal-Portu Salvu, ghad-devozzjoni tal-bahhara anke ghax min dejjem f`dawk l-akwati kinn hemm kappella ddedikata lil-istess titlu.



___________________________________________



TWAQQIF TAL-PARROCCA
MILL-BIDU SAL-KONSAGRAZZJONI TAGHHA FL-1889


Id-dumnikani kienu minn tal-ewwel li mill-Birgu kienu jigu biex ighinu lill-haddiema li kienu qed jibnu l-Belt il-gdida Valletta. Il-Gran Mastru Pietro DelMonte, fil-bidu ta’ Marzu 1571, b’rikonoxxenza, lill-patrijiet tahom bicca art kbira u sabiha, immarkata fil-pjanta bin-numru 8, biex jibnu knisja u kunvent. Il-patrijiet sejhu lill maghruf Girolamo Cassar biex jibniha u, fid-19 ta’ April 1571, qeghdu solennement l-ewwel gebla u ddedikawha lil Santa Marija tal-Portu Salvu, minhabba l-ghadd kbir ta’ nies tal-bahar li kienu jiffrekwentaw il-kappella li kellhom.

Parrocca Matrici



Gara pero li l-parrocca ta San Gorg li sa dak iz-zmien l-gholja xib-er-ras kienet taqa fil-konfini taghha sostnew li huma kellhom id-dritt ta parrocca.Sadattant, Hal Qormi baqa’ minghajr kappillan u, qabel ma seta’ jinhatar raghaj spiritwali gdid, kellu jigi accertat li Dun Gioannello Cilia kien tabilhaqq mejjet. Hekk gara, izda ma kienx qabel l-1569 li tneha kull dubju u lahaq kappillan gdid. ( L-ghazla waqghet fuq Dun Marjanu Briffa, imwieled f’Hal Luqa f’Dicembru 1545, (9) li kien ghadu kjeriku meta ha l-pusses f’Gunju 1569 u mbaghad gie ordnat sacerdot fil-31 ta’ Dicembru 1569.(10) Dak iz-zmien mhux darba jew tnejn kjeriku kien jilhaq kappillan qabel ikun ordnat sacerdot. Billi l-belt Valletta kienet qed tinbena fuq territorju tal-parrocca ta’ Hal Qormi, il-Kappillan Briffa hass ir-responsabbilta’ tal-kura spiritwali tal-haddiema li kienu jahdmu f’dan il-progett hekk kbir. Dan gara ghax il-lokal kien imtela bit-tined tal-haddiema li marru jghixu fuq il-post biex jaqilghu aktar flus billi kienu jithallsu bl-imqieta. Diversi Ordnijiet religjuzi ta’ patrijiet, fosthom id-Dumnikani, bdew jaghmlu xoghol spiritwali fost il-haddiema li x-xoghol taghhom beda jidher sew l-ewwel fit-tiswir tas-swar u mbghad fit-tqasim u l-bini tal-belt.(11)

L-ewwel gebla ufficjail kienet tqieghdet nhar it-28 ta’ Marzu 1566(12) u x-xoghol mexa b’mod li, hames snin wara, sewwa sew fit-18 ta’ Marzu 1571, il-Gran Mastru Pietru del Monte caqlaq il-kwartieri ta’ l-Ordni ta’ San Gwann mill-Birgu ghal Valletta, ghalkemm kien ghad ma kienx hemm djar u palazzi lesti. Dan il-pass ittiehed biex jigi zgurat li l-bini jitla’ b’pass izjed mghaggel ghax il-kbarat ma kinux jiehdu gost jghixu f’hafna bini temporanju.(13) Il-problema tal-kura spiritwali ta’ l-abitanti Maltin baqghet hemm u, minkejja x-xoghol tal-kappillan ta’ Hal Qormi, il-patrijiet Dumnikani hasbu kif setghu jwaqqfu parrocca gdida Dumnikana fil-Belt. Il-kappillan Briffa donnu basar x’kien ser jigri u bhal ipprova jiehu passi biex dan it-twaqqif ma jsehhx ghax, propju fl-1 ta’ Lulju 1571, fir-registru tal-maghmudijiet ta’ Hal Qormi nbdiet taqsima gdida biex fiha jibdew jirregistraw dawk it-trabi li jitwieldu fil-belt il-gdida. Izda tarbija wahda biss lahqet giet iregistrata f’din is-sezzjoni, tifla jisimha Pawlina.(14)


Il-Papa Dumnikan San Piju V, benefattur kbir u Patrun tal-Belt il-gdida, fit-2 ta’ Lulju 1571, b’Motu Proprio Ex Debito Pastorali gholla l-knisja, li kienet ghadha kif bdiet tinbena, bit-titlu u grad ta’ parrocca ewlenija u matrici principali tal-belt il-gdida kollha kemm hi ghal dejjem.
B’hekk, minkejja l-opposizzjoni li kien hawn mhux biss mill-Kappillan Briffa izda wkoll mill-Kurja Episkopali Maltija, twaqqfet l-ewwel parrocca fil-belt il-gdida. Din il-grajja ma kenitx tfisser biss li naqsu l-konfini tal-Parrocca San Gorg ta’ Hal Qormi izda wkoll li issa saret matrici, jigifieri omm ta’ parrocca ohra.

Il-Kappillan Briffa ma qatax qalbu li jgibha zewg u jannulla t-twaqqif tal-parrocca l-gdida, kif fil-fatt riedet il-Kurja, izda fit-23 ta’ Settembru 1577, il-Papa Gregorju XIII warrab ghal kollox il-pretensjonijiet tieghu jew ahjar, bhalma jinghad b’mod aktar popolari, impona fuqu s-silenzju perpetwu u anke thedida ta Skomunika lilu, lil-patrijiet karmelitani kif ukoll lil kull min jipprova imerri il-fatti tal-Bolla.

Ghalkemm b`mod ufficjali din il-kwistjoni inghalqet, l-inkwiet kompla sas sena 1723 meta mil-Vatikan hargu il-konfini taz-zewg parrocci fejn il-maggorranza kbira ta l-art beltija inghatat kif xieraq lid-dumnikani filwaqt li l-parrocca l-ohra inghatat parti izghar mil-belt flimkien mal-furjana.

Dawn il-fatti juru kemm kull Belti ghandu jkun kburi bl-istorja tat-twaqqif tal-Parrocca Matrici Omm il-Belt Valletta. Matul iz-zmenijiet id-dumnikani gol belt dejjem qamu ghar responsabilita ta Parrocca Matrici bizzejjed insemmu iz-zewg flagelli tal-Pesta li ghal kurragg li urew il-patrijiet il-Parrocca Matrici taghna giet mghollija bhala l-Ewwel Bazilika gewwa Malta. Ta min ukoll jiftakar ukoll li matul il-Gwerra il-patrijiet baqghu gewwa il-kapitali u b`kurragg kbir ta Omm il-belt Valletta qdew dmirijithom mal-belt Kollha inkluz gewwa il-konfini tal-parrocca l-ohra fejn il-kapitlu kien telaq kollu barra il-belt u thalla biss l-arcipriet. Ghalhekk Omm il-Belt Valletta kolla kemm hi ghal dejjem...mhux bid-digrieti biss (Li qedin hemm) imma wkoll bl-ghemil ukoll tal-Kommunita Dumnikana.

Nahseb hbieb b`din il-kitba iccarajna hafna holm fierah, nispera li llum li qedhin fis sena 2007 ma jergghux nibdghu nilletikaw fuq dawn il-fatti tal-grajja ta Beltna. Grajja ta twaqqif ta Parrocca min Papa qaddis, Papa Patrun tal-Belt Valletta.

VERITAS

Last edited by cityval on 30 Jun 2008 04:06 pm; edited 2 times in total

Back to top


cityval
Site Admin


Joined: 17 Jul 2006
Posts: 146
:


Items Posted: 21 Oct 2007 07:17 am Post subject: Ir-ricerka Pawlina

Din ta hawn taht huwa paragrafu min fuljett/ktieb San Pawl kitba Fr.Alexander Bonnici. Dan il-ktieb jitratta il-hajja tal-appostlu flimkien mat-taghlim kbir li xerred L-Appostlu tal-gnus. Dan il-paragrafu jinsab f`pagna 54 fi ktieb ta 60 pagna. (Altru qed jaghmlu ricerka mil Arkivji Katederali!) Qed ingibu biex nippruvaw nifhmu lil haddiehor u nfehmuhom il-fatti AD EFFECTUM!!!.

---------------------------------------
San Pawl -Fr.Alexander Bonnici- Pagna 54

Meta I-belt Valletta, il-kapitali I-gdida, kienet ghadha qed
tiehu suritha, giet akkwistata bicca art biex fuqha tinbena knisja
Ii tkun parrokkjali. Il-hsieb kien mill-bidunett Ii tigi ddedikata
ghal San Pawl b'tifkira tal-migja tieghu fo tna. Kienet fejn illum
hemm dik tal-Gizwiti. Il-hidma parrokkjali bdiet qabel ma tlesta
I-bini tal-knisja. L-ewwel kappella ckejkna Ii minnha kienu
jammistraw is-sagramenti kienet dik tal-Patrijiet Karmelitani.
Fis-sena 1570, din tidher imsemmija ghal-Lunzjata. Il- Vigarju
Kapitulari, fi zimien ta' sede episkopali vakanti, baghat fiha Is-
sacerdot djocesan Dun Teramo Balzan biex, bid-drittijiet kollha
ta' kappillan,jamministra - sagramenti u jzomm ukoll registri
parrokkjali tal-maghmudijiet u i-iwigijiet. Hu beda mill-20 ta'
Dicembru, 1570. Il-faxxiklu bir-registrazzjonijiet ghadu jezisti
ghand il-Patrijiet Karmelitani. Dawn kienu jghinu lill-ewwel
Kappillan. Dak kien zmien provizorju sakemm tiestiet Il-knisja
Ii Gilormu Cassar kien qed jibni halIi jigu trasferiti fiha Il-hidmiet
parrokkjali. B'hekk, il-parrocca f'gieh San Pawl saret I-ewwel
wahda tal-Belt.

------Tmiem is-silta-------------------------------------------------


Hija hasra li f`din il-kitba ma jissemmewx iz-zewg bollol bhal li kieku ma jeziztux, l-anqas tissemma il-hidma tad-dumnikani. Ahna min naha taghna giebna siltiet mir-ricerka tal- Istoriku Patri Mikiel Fsadni, fejn mhux biss jikkonferma l-inkwiet l-inqala fil-bidu tal-Belt il-gdida imma jgib bl-iswed fuq l-abjad kelma b`kelma id-decizjoni tal-VATIKAN fuq din il-kwistjoni. Fil-kitba ta hawn ma jissemmiex wkoll il-claim li il-parrocca ta San Gorg Hal Qormi ghamlet li kienet umbuttata mil-kurja tal-Imdina. Il-fatti juruna li l-kapitlu katidrali ta dak iz-zmien ma kienx kuntent bil-hidma tad-dumnikani biex iwaqqfu parrocca gol-belt Valletta GHAX sa dak iz-zmien il-Belt kienet ghada kunsidrata parti mil-Parrocca ta SAN GORG!! u Ghalhekk wara li fit-2 ta Lulju Il-Papa San Piju V Gholla il-Knisja tal-Portu Salv ghal Parrocca...Il-Parrocca ta San Gorg saret Matrici! dan ma jmerrieh qatt kif mhux qed inmerru li fl-1 ta Lulju!!!! kumbinazjoni tghamdet fir-registru dedikat ghal belt ta San Gorg tarbija bl-isem ta Pawlina!!! bl-ghajnuna tal-patrijiet Karmelitani.Imma dan ma jfissirx li nholqot xi parrocca izda jfisser biss li l-kappilan ta Hal-Qormi kompla bis-servizz tieghu li kellu jieqaf mad-decizjoni ta San Piju V u aktar tard bit-tieni Bolla fejn fit-23 ta’ Settembru 1577, il-Papa Gregorju XIII warrab ghal kollox il-pretensjonijiet tieghu jew ahjar, bhalma jinghad b’mod aktar popolari, impona fuqu s-silenzju perpetwu u anke thedida ta Skomunika lilu, lil-patrijiet karmelitani kif ukoll lil kull min jipprova imerri il-fatti tal-Bolla.

Naghlaq billi nsemmu is-sena 1723 fejn F`Ruma ittiehdet decizjoni IMPORTANTI fejn il-Parrocca tal-Portu Salv giet dikjara AD EFFECTUM (fil-fatt) MATRICI tal-parrocca ta San Pawl. Nahseb prova iktar cara min hekk ma hemm`x.

Grazzi
Admin
Admin
Admin

Number of posts : 12
Registration date : 2008-07-01

https://dumnikani.board-directory.net

Back to top Go down

Back to top

- Similar topics

 
Permissions in this forum:
You cannot reply to topics in this forum